Home / Series / Ilsienna / Aired Order / Season 3 / Episode 27

Alfabetti Antiki Maltin | It-Taħdit fis-Snin Bikrin | Il-Malti fil-Ġimgħa Mqaddsa | Malti.mt | Il-Poeżiji t'Oliver Friggieri

Olvin Vella se jeħodna lura fiż-żmien b'seklu (u aktar!) sabiex iwasslilna tagħrif dwar l-oriġini tal-alfabett Malti u dwar alfabetti oħra li kienu qed jikkompetu miegħu. Se nlaqqgħukom ma' Joanne Mifsud, li se tkellimna dwar il-kisba tat-taħdit fis-snin bikrin. Josette Bezzina hija esperta oħra li se tkellimna dwar it-taħdit fis-snin bikrin. Se nfakkru lil Oliver Friggieri permezz ta' rokna li fiha Bernard Micallef jikkummenta dwar il-poeżiji tiegħu. Se tinqara wkoll poeżija ta' Friggieri minn Noel Tanti. Michael Spagnol, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti, se jkellimna dwar is-sit Malti.mt, li fih ħażna ta' riżorsi fosthom uħud marbuta mat-Tradizzjoni Orali u d-Diploma fil-Letteratura Maltija. L-aħħar kelliem li qed nintroduċulkom huwa Noel D'Amato, li se jkellimna dwar kliem Malti marbut mad-drawwiet tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Malti
  • Originally Aired March 29, 2021
  • Runtime 25 minutes
  • Network TVM
  • Created October 1, 2020 by
    Administrator admin
  • Modified August 27, 2023 by
    db90
Name Type Role
Kit Azzopardi Writer
Michael Spagnol Guest Star
Joanne Mifsud Guest Star
Bernard Micallef Guest Star
Noel Tanti Guest Star
Noel D'Amato Guest Star
Olvin Vella Guest Star
Josette Bezzina Guest Star
Alan Paul Mizzi Director
Daniela Attard Bezzina Crew
Dorothy Bezzina Crew
Nadine Falzon Crew